Select Page

Kif kulħadd jaf, il-bagħal taż-żunżan mhux biss qed idur fuq il-bejt tal-kaċċatur, imma qiegħed iħuf f’kull rokna ta’ gżiritna. Għalhekk din il-ġimgħa t-tim ta’ Skoperta reġa’ ltaqa’ ma’ Arnold Sciberras, pest control consultant, minn The Exterminator, biex jgħinna nsolvu din il-problema.

Għall-gżejjer Maltin, dawn l-aħħar għaxar snin kienu ta’ infern fir-rigward tal-‘hornets’. Iż-żnażan orjentali ilhom żmien twil fuq dawn il-gżejjer ċkejkna minħabba li huma speċi indiġeni għall-Mediterran. Madankollu, fil-passat jaf kien hemm speċi differenti jew xi tip ieħor li ma kkaġunax ħerba sħiħa. Tant kemm hu hekk li fit-tmeninijiet ġew estinti.

Riċentement, fl-aħħar għaxar snin, b’xi mod, ġew lura u reġgħu bdew jiżdiedu. Ovvjament, sabu ambjent li huwa ideali għalihom. Sfortunatament, f’Malta għandna diversi problemi li jattiraw u jespandu b’mod esplussiv il-popolazzjoni tal-bagħal taż-żunżan. Dawn jinkludu: il-popolazzjoni eċċessiva, negliġenza fil-kostruzzjoni, kif inhuma mibnija l-postijiet, u ovvjament iż-żibel u l-ikel tal-qtates fost affarijiet oħra.

Il-problema hi li l-hornets iħobbu jgħixu f’żoni urbani, huma territorjali u huma speċi pjuttost aggressivi meta wieħed jiltaqa’ magħhom, speċjalment meta wieħed ikun qrib il-bejtiet tagħhom – ovvjament bħal kull speċi oħra.

Dan iwassal biex l-aħjar ħaġa li wieħed jista’ jagħmel hi li jeqred il-bejta. Dak huwa x-xenarju ideali! Madankollu mhux dejjem ikun possibbli għax il-bejta tista’ tkun madwar 5 km ’il bogħod mill-post fejn huma jieklu u kultant darek taf tinqabad fin-nofs – ikollok appartament jew dar u dawn il-hornets qed jiġru ’l hawn u ’l hinn mis-sors tal-ikel għall-bejta u jgħaddu minn quddiem il-bini tiegħek. Għalhekk mhux dejjem possibbli li tinqered il-bejta.

Allura, sakemm il-bejta ma tinstabx, inti tkun imwaħħal bi problema. Hemm diversi metodi li The Exterminator żviluppa tul is-snin biex jiġu eliminati l-hornets; fosthom jisprejjaw il-ġonna u s-siġar eċċ. Però dan mhux dejjem hu l-aħjar metodu.

Madankollu xi ħaġa li The Exterminator sabu u li hija ta’ suċċess kbir hija n-nases tal-lixka. Huma joffru żewġ tipi ta’ nases: hemm iz-żgħira li hija ideali jekk inti tgħix f’appartament eċċ. Din it-tip ta’ nassa tista’ tpoġġiha fil-gallarija jew fuq il-bejt u tista’ faċilment taqbad bejn għoxrin u erbgħin żunżan. Il-hornets jiġu min-naħa t’isfel tan-nassa, jgħaddu mit-toqba li hemm, jiġu attirati mid-dawl tal-UV u eventwalment ma jkunux jistgħu jaħarbu. Fi kliem ieħor iż-żnażan jinqabdu ġewwa din it-tip ta’ nassa bla ebda problemi.

Ovvjament peress li l-problema qed tiżdied b’rata mgħaġla, kultant dan ma jkunx biżżejjed. Is-soluzzjoni hi li jew ikollok iktar minn wieħed minn dawn in-nases iż-żgħar jew inkella jkollok barmil kbir speċjalizzat li ġie maħluq minn The Exterminator stess.

Il-kulur safrani ta’ dawn in-nases bil-lixka, fihom infusom diġà jattiraw il-hornets imma serrħu raskom li ma jattirawx hornets minn madwar il-post kollu li jwassal għal problema ikbar. Dawn it-tip ta’ nases speċjalizzati jattiraw il-hornets minn 3 metri ’l bogħod. Allura meta jkunu qed jgħaddu mill-gallarija jew mill-ġnien tiegħek din hija l-aħjar ħaġa li tuża sabiex tikkontrollahom.

Dan il-barmil speċjali għandu toqob tad-dħul partikolari fejn il-hornets jistgħu jidħlu iżda ma jkunux jistgħu joħorġu. Huma jiġu attirati minn plattina tal- UV. Permezz ta’ din il-plattina, issir iktar impossibbli biex il-‘hornets’ joħorġu, tant li jispiċċaw għajjiena u jmutu fil-barmil.

Ovvjament l-aktar ħaġa importanti li The Exterminator verament studja kienet li dan it-tip ta’ barmil jattira b’mod speċifiku l-hornets biss, u ma jinqatlux speċi oħra ta’ benefiċċju. Fil-fatt Arnold Sciberras sostna li huwa ma jaqbel xejn ma’ kif ċertu nies qed jagħmlu n-nases bil-kolla tal-ġrieden. Dan għaliex b’dawn it-tip ta’ nases ser jinqabdu mhux biss il-bagħal taż-żunżan, iżda ser jinqabdu wkoll speċi oħra li huma ta’ benefiċċju, bħal gremxul u n-naħal fost oħrajn.

Meta aħna nikkontrollaw dan it-tip ta’ żunżan, mhux qed nikkontrollawhom għall-ġid tagħna biss, iżda għall-ġid ta’ speċi indiġeni oħra. Sfortunatament ħafna mill-hornets qed jattakkaw speċi oħra ta’ benefiċċju, tant li qed jagħmlu ħerba fuq in-naħla Maltija. Allura dan it-tip ta’ barmil huwa speċifikament biex jinqabad iż-żunżan orjentali.

Flimkien ma’ dan il-barmil, The Exterminator ħoloq tip ta’ likwidu partikolari li jattira speċifikament lill-‘hornets’. Dan it-tip ta’ likwidu huwa magħmul mill-proteini u jintuża l-iktar fl-istaġun tas-sajf. Dan ġie maħluq minħabba li ż-żunżan ġieli jbiddel il-bażi tas-sors tiegħu, mill-pollen għall-bażi veġetali. Fi kliem ieħor The Exterminator jipprovdilek l-attrazzjoni t-tajba għall-bagħal taż-żunżan.

Dan it-tip ta’ likwidu jitqiegħed fil-qiegħ tal-barmil, flimkien mal-istess ammont ta’ ilma biex tagħmel il-konċentrazzjoni perfetta. Wara, kulma għandek tagħmel huwa li tqiegħed il-barmil fejn il-hornets.. Dawn jinġabru fil-barmil u jmutu fih. Dan it-tip ta’ barmil jista’ jerġa’ jintuża għal diversi snin oħra. Kulma għandek iżżid huwa l-likwidu. Ovvjament dan huwa ideali minn Lulju sa Novembru sabiex b’hekk il-‘hornets’ jiġu kkontrollati.

The Exterminator sab is-soluzzjoni għalik, biex inti twaqqaf iż-żnażan orjentali milli jduru dawra durella mad-dar tiegħek! Allura x’qed tistenna?! Agħmel kuntatt magħhom billi ċċempel fuq 21436820/ 99887950 jew żur is-sit elettroniku minn hawnhekk.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks