Select Page

Illum, kemm ir-Russja kif ukoll l-Ukrajna ffirmaw dokumenti importanti ħafna.

Waqt li Putin iffirma d-dokumenti dwar l-erba’ żoni li ngħaqdu mar-Russja, l-Ukrajna applikat biex tissieħeb man-Nato.

Ftit minuti ilu l-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelenskyy ħabbar li pajjiżu ressaq l-applikazzjoni uffiċjali biex jissieħeb b’mod mgħaġġel
fin-NATO. Huwa sostna li l-Ukrajna diġà wriet il-kompatibbiltà mal-istandards tal-Alleanza.

Id-dikjarazzjoni ta’ Zelenskyy saret eżatt wara li l-President Russu Vladimir Putin iffirma t-trattati li jgħaqqdu r-reġjuni ta’ Luhansk, Donetsk, Kherson u Zaporizhzhia mar-Russja. Putin wiegħed li se jipproteġi r-reġjuni ġodda inkorporati bil-“mezzi kollha disponibbli”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks