Select Page

Ġiet żvelata l-munita l-ġdida li turi x-xbieha tar-Re Charles, u li se tibda tintuża fil-ġimgħat li ġejjin.

Kmieni dalgħdu l-BBC News ħabbar li ngħata l-ewwel ħjiel ta’ kif ser tkun il-munita tal-50p bl-ixbiha tar-Re Charles III fuqha. L-ixbiha tar-Re ġiet maħduma mill-iskultur Brittaniku Martin Jennings. Apparti dan, ser tiġi maħduma munita kommemorattiva tal-£5 ukoll. Il-Maestà tiegħu approva b’mod personali u jidher li huwa kuntent, bl-ixbiha tiegħu fuq il-munita.

Kif wieħed jista’ jara, din il-munita qiegħda timxi mat-tradizzjoni Brittanika, dik li l-monarka il-ġdid qed iħares lejn in-naħa tax-xellug, oppost għall-predeċessur tiegħu. Fil-fatt l-ixbiha tar-Reġina Eliżabetta II fuq il-muniti kienet tħares lejn il-lemin.

Innutaw ukoll li bħal rejiet Brittaniċi preċedenti, u b’differenza mir-Reġina, ir-Re Charles III mhuwiex liebes l-ebda kuruna.

Intom il-kollezzjonisti tal-muniti, tajjeb li tkunu tafu li mill-bidu tal-ġimgħa id-dieħla intom se tkunu tistgħu tixtru l-munita minn ‘The Royal Mint’.

Filwaqt li intom li qed taqraw dan l-artiklu jaf fi ftit żmien ser taraw il-munita l-ġdida tal-50p f‘idejkom għax se tkun disponibbli għall-użu ġenerali ferm qabel tmiem is-sena.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks