Mil-lum, l-1 ta’ Ottubru, dawk kollha li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, jistgħu jagħmlu dan b’xejn.
Madankollu, dan japplika biss għal dawk li għandhom Tallinja Card. Min jitla’ fuq il-karozza tal-linja mingħajrha se jkun obbligat li jħallas il-biljett bi flus kontanti jew pagament contactless.
Se jkunu qed isiru wkoll spezzjonijiet mill-ispetturi tal-Malta Public Transport sabiex jiżguraw li kull min qiegħed fuq tal-linja mexa skont l-istruzzjonijiet. Għaldaqstant, min jinqabad mingħajr il-card jew biljett, se jkun qed jeħel multa ta’ €50.
Ikkumenta
