Select Page

Jekk illejla ma tafx fejn se tmur aħna nissuġġerulek li tidħol sal-Belt Valletta, għan-Notte Bianca. Divertiment garantit!

Wara nuqqas ta’ sentejn in-Notte Bianca se tittitorna illum, ġewwa l-Belt Kapitali. Festa ta’ kuluri, mużika u żfin. Fil-fatt se jkun hemm iktar minn ħamsin avveniment u 7 palkijiet differenti, li jinkludu l-aqwa talent lokali u internazzjonali li inti m’għandekx titlef.

Fost il-kantanti internazzjonali se jkun hemm il-grupp mużikali Taljan ‘The Kolors’, li kienu rebħu l-14-il edizzjoni ta’ Amici ta’ Maria de Filippi.

Apparti dan, dawk kollha li tinteressahom l-istorja ta’ Malta, kif ukoll l-arkitettura, inti tista’ żżur il-bereġ, il-Palazz tal-President u diversi mużewijiet oħra li se jkunu miftuħa għall-pubbliku.

Allura, x’qed tistenna! Illejla mis-sebgħa ta’ filgħaxija ‘l quddiem idħol sal-belt għax il-briju garantit!

Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.festivals.mt/nb

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks