Select Page

Bħal kull sena, matul ix-xahar t’Ottubru, f’Malta, bħall-kumplament tad-dinja, tiġi mnedija l-kampanja għall-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala Pink October.

F’Malta l-kanċer tas-sider jaffettwa mat-300 mara fis-sena u għaldaqstant l-għan ta’ din il-kampanja hija li tqanqal aktar għarfien dwar kif jista’ jiġi evitat dal-kanċer.

Il-kanċer fis-sider hu l-aktar komuni fin-nisa iżda, jista’ jaffettwa wkoll lill-irġiel.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-tumur jista’ jiġi kkurat, speċjalment jekk il-marda tinstab fil-ħin.

Il-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider tibda mid-dar. Huwa importanti li tiċċekja sidrek, meta tkun qiegħda tinħasel jew meta tkun quddiem mera. Apparti dan, huwa rakkomandat lin-nisa jkomplu jimmonitorjaw bir-reqqa s-saħħa tagħhom u jżuru mammoloġista u jmorru għall-iskrining.

L-għan tal-iskrining tas-sider huwa li jinstab il-kanċer tas-sider kmieni, b’ċans akbar ta’ trattament ta’ suċċess.

F’Malta, l-iskrining qed jiġi offrut b’xejn lin-nisa kollha ta’ bejn il-50 u d-69 sena kull sentejn u nofs.

It-tim ta’ Skoperta jħeġġiġkom biex intom li qed taqraw l-artiklu, tieħdu ħsieb saħħitkom, tiċċekjaw sidirkom u meta tirċievu l-appuntament tal-iskrining tmorru!

Ħudu ħsieb!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks