Select Page

Jeffrey Dahmer, kien serial killer Amerikan li ħa l-ħajja ta’ 17-il raġel bejn l-1978 u l-1991.

L-arrest tiegħu fl-1991 ipprovoka kritika tal-pulizija lokali u rriżulta f’żieda fl-interess popolari f’serial murders. u reati oħra.

Għalkemm serial killers oħra kellhom ferm aktar vittmi, id-delitti ta’ Dahmer kienu partikolarment makabri, li jinvolvu l-kannibaliżmu u n-nekrofilja.

Matul aktar minn 13-il sena, Dahmer fittex irġiel, l-aktar Afrikani Amerikani f’gay bars, bus stops, u kien iħajjarhom imorru d-dar miegħu b’wegħdiet ta’ flus jew sess. Kien ukoll jagħtihom l-alkoħol bid-droga ġo fih qabel ma joqtolhom.

Jingħad ukoll li kien jagħmel atti sesswali mal-istess katavri u ħafna drabi kien jieħu ritratti tal-vittmi waqt il-proċess tal-qtil sabiex ikun jista’ jerġa’ jiftakar u jgħix l-esperjenza.

Dahmer isostni li l-kompulsjonijiet tiegħu lejn in-nekrofilja u l-qtil bdew madwar l-età ta’ 14-il sena, iżda jidher li t-tkissir taż-żwieġ tal-ġenituri tiegħu u d-divorzju tagħhom ftit snin wara setgħu stimulawh biex dawn il-ħsibijiet inbidlu f’azzjonijiet.

Saż-żmien tal-ewwel qtil tiegħu, il-konsum tal-alkoħol ta’ Dahmer kien spiċċa bla kontroll. Huwa telaq mill-Università tal-Istat ta’ Ohio wara kwart ta’ terminu, u missieru kien insista li jingħaqad mal-armata. Dahmer ingħaqad mal-armata lejn l-aħħar ta’ Diċembru tal-1978 u ġie stazzjonat fil-Ġermanja ftit wara.

Il-problema tax-xorb tiegħu baqgħet tippersisti, u kmieni fl-1981, huwa ġie mkeċċi mill-armata. Għalkemm aktar tard l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu se jinvestigaw possibiltajiet ta’ konnessjonijiet bejn Dahmer u qtil li seħħew fiż-żona matul dak iż-żmien, mhux maħsub li ħa aktar vittmi waqt li kien qed iservi fil-Forzi Armati.

Wara t-tkeċċija tiegħu, Dahmer mar lura d-dar Ohio. Arrest aktar tard dik is-sena għal kondotta diżordinata wassal lil missieru biex jibgħat lil Dahmer jgħix man-nanna tiegħu f’Wisconsin, iżda l-problema tal-alkoħol tiegħu kompliet u kien arrestat is-sajf ta’ wara għal espożizzjoni indiċenti. Huwa kien arrestat għal darb’oħra fl-1986 meta żewġ subien akkużawh li mmasturba quddiemhom.

L-ewwel qtil ta’ Dahmer seħħ eżatt meta spiċċa l-iskola sekondarja, f’Ġunju tal-1978, segwit mit-tieni wieħed f’Settembru tal-istess sena.

Kien biss wara li Dahmer qatel żewġ vittmi oħra fid-dar tan-nanna tiegħu, li keċċietu mid-dar fl-1988. Madankollu, ir-raġuni li keċċietu kienet minħabba l-problemi tax-xorb li kellu, għaliex ma kellhiex idea dwar dak li kien qed nagħmel f’darha stess.

Il-qtil makabru ta’ Dahmer waqaf meta ġie finalment arrestat f’Lulju tal-1991.

F’Novembru tal-1994, Dahmer ġie maqtul minn priġunier fil-ħabs ta’ Wisconsin.

Iċ-ċirkostanzi tad-delitti saru s-suġġett ta’ ħafna kontroversja. Xi wħud sostnew li l-fatt li Dahmer kien dam għaddej għal tant żmien mingħajr ma nqabad, wera li l-pulizija ta’ Milwaukee ftit li se xejn tat prijorità lill-investigazzjoni tal-għajbien ta’ vittmi li kienu omosesswali jew membri ta’ gruppi ta’ minoranza razzjali.

Il-ħajja u d-delitti ta’ Dahmer u l-kontroversja li nħolqot mill-arrest tiegħu ġew diskussi f’diversi kotba, fosthom The Man Who Could Not Kill Enough: The Secret Murders of Milwaukee’s Jeffrey Dahmer (1992; maħruġ mill-ġdid 2011), minn Anne E. Schwartz.

U issa wkoll fis-serje ta’ Ryan Murphy, Dahmer – Monster: The Jeffrey Dahmer Story, li qanqlet diversi reazzjonijiet, fosthom mill-qraba tal-vittmi.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks