Is-sit elettroniku tal-Università ta’ Malta rrapporta li ftit jiem ilu, Miguel Borg irnexxielu jwettaq b’suċċess il-ħolma tiegħu hekk kif temm b’suċċess il-Baċċellerat tiegħu fl-Inġinerija Mekkanika u ggradwa.
Waqt li kien student tal-Università, Miguel Borg ġie dijanjostikat b’marda terminali iżda minkejja dan, xorta waħda kompla bl-istudji tiegħu u baqa’ jaħdem biex jasal għall-mira li kellu.
F’ċerimonja qasira iżda kommoventi fir-residenza ta’ Miguel, ir-Rettur tal-Università, ir-Reġistratur Akkademiku, u numru ta’ akkademiċi tawh il-lawrja, flimkien ma’ kopja stampata tad-dissertazzjoni tiegħu.

Sa mill-bidu tal-vjaġġ tiegħu bħal student, Miguel kien dejjem joħlom li jlesti l-lawrja u d-dissertazzjoni tiegħu u jiggradwa.
Dr ing. Paul Refalo u Dr Ing Emmanuel Francalanza,li ħadmu mill-qrib ħafna ma’ Miguel, iddeskrivewh bħal student determinat ħafna, perseveranti, reżiljenti u kuraġġuż.
F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Miguel!
