Select Page

Ilbieraħ filgħaxija, ġewwa r-Rediffusion House, Gwardamanġa, saret il-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest, li ġiet trasmessa fuq TVM, bi preżentazzjoni ta’ Ryan u Josmar.

Minn 16-il parteċipant li ħadu sehem fil-finali, Gaia Gambuzza, bil-kanzunetta Diamonds in the skies. Gaia intgħażlet bħala r-rebbieħa ta’ dan il-konkors.

Andrea Camilleri kklassifikat fit-tieni post bil-kanzunetta Spark, filwaqt li Emma Kate Formosa kklassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta Bounce.

Gaia Gambuzza se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest, ġewwa l-Armenia, nhar il-11 ta’ Diċembru 2022.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks