Select Page

Fuq il-paġna ta’ Facebook, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm avża li s-sessjoni tal-għoti tad-demm f’Għawdex se ssir għada, it-Tlieta l-4 t’Ottubru, ġewwa l-Berġa tax-Xewkija, mis-1:00 pm sal-5:00pm.

Huma appellaw lil dawk kollha li se jersqu biex jagħtu d-demm biex iġibu magħhom il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan inkella passaport Malti. Huwa importanti ħafna li wieħed jibda jixrob l-ilma minn qabel id-donazzjoni tad-demm, u jilbes il-maskra.

It-tim kollu ta’ Skoperta iħeġġek biex jekk inti f’saħħtek tmur tagħti id-demm, għaliex l-għotja tad-demm tiegħek tista’ tnissel tbissima prezzjuża fuq wiċċ xi ħadd.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks