It-tabib Chris Barbara mhuwiex wiċċ ġdid għalina l-Maltin, dan għaliex kien wieħed mill-eroj, flimkien mad-diversi frontliners oħra, fiż-żmien il-pandemija tal-Covid-19.
Huwa għandu diversi rwoli importanti marbutin mal-mediċina ġewwa Malta. Fil-fatt attwalment huwa l-Clinical Chairperson għad-Dipartiment tal-Patoloġija fl-isptar Mater dei. Huwa wkoll mikrobijologu u virologu u għandu interess speċjali fil-vaċċinoloġija.
Dr. Chris Barbara, jiġi ta’ spiss mistieden fuq diversi programmi tat-televizjoni biex jagħti tagħrif utli dwar saħħitna u dwar kif għandna nieħdu ħsieb tagħna nfusna.
Deskritt minn ħafna bħala bniedem umli, ta’ rispett u dedikazzjoni kbira, li jgħin diversi nies.
It-tim kollu ta’ Skoperta jixtieq jirringrazzja lit-tabib Chris Barbara tax-xogħol siewi li huwa jagħmel u jawguralu ġurnata mill-isbaħ f’għeluq sninu.
