Tiddejjaq tistenna fit-traffiku filgħodu? Jew, trid Malta iktar sabiħa mingħajr tniġġis? Jew, tixtieq tibda xi tip ta’ eżerċizzju? Agħmel bħal Steve u uża r-rota bħala mezz tat-trasport!
Dalgħodu l-kunsillier indipendenti u żagħżugħ attivist, Steve Zammit Lupi, uża l-pjattaforma ta’ Facebook biex jgħarraf lin-nies kemm hi utli li tuża r-rota.
Fil-fatt huwa kiteb li qadja li għamel dalgħodu fit-08:30 ta’ filgħodu, minn Ħaż-Żebbuġ sal-Ħamrun u lura, ħaditlu biss 22 minuta. Ejjew ngħiduha kif inhi, bil-kemm tkun ħrigt mir-raħal tiegħek fit-22 minuta bil-karozza, aħseb u ara tmur u tiġi.
Steve appella sabiex ikun hawn bidla radikali ta’ kif inħarsu lejn il-mobilità u l-ippjanar tat-toroq fuq din il-gżira tant ċkejkna.
Huwa għalaq billi sostna li “Malta tista tkun ferm isbaħ.”
