Illum, l-4 ta’ Ottubru, madwar id-dinja kollha qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Annimali, fil-jum li huwa ddedikat lill-qaddis li tassew ħass li l-ħolqien kollu ta’ Alla, kienu parti mill-fratellanza tiegħu – San Franġisk ta’ Assisi.

Il-ġurnata ddedikata lill-annimali kollha, bdiet fl-1931 ġewwa l-pajjiż ta’ San Franġisk, l-Italja. Din hija ċ-ċelebrazzjoni annwali tant popolari li fih niftakru r-rwol importanti li għandhom l-annimali fid-dinja tagħna u kif għandhom ukoll in-nies li jiddedikaw ħajjithom jaħdmu biex jipproteġuhom u jieħdu ħsiebhom.

L-annimali jiġu ċċelebrati fl-istess jum ta’ San Franġisk ta’ Assisi, li qies l-għasfur bħala ħuh daqs il-Papa. Storja ħelwa u famuża ta’ dan il-qassis hija meta Franġisku ppriedka lil mijiet ta’ għasafar dwar biex ikunu grati lejn Alla għall-ħwejjeġ meraviljużi tagħhom, għall-indipendenza tagħhom, u l-kura li Alla jagħtihom. L-istorja tgħidilna li l-għasafar semgħu b’attenzjoni dak kollu li kellu xi jgħid Franġisku, u “bl-għanjiet tagħhom, urew li l-qaddis missier (Franġisku) tahom pjaċir kbir.”

Bħala turija ta’ rispett u mħabba lejn dawn il-kreaturi tant sbieħ, it-tim ta’ Skoperta iħeġġek biex ma tilbisx ħwejjeġ magħmulin bil-pil tal-annimali u tirrifjuta li tixtri prodotti ttestjati fuq l-annimali.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks