Jerome llum għalaq ħames snin li ħalliena.
Missieru, Kenneth, tkellem fuq dak il-lejl li fih tilef lil ibnu. “Dak il-lejl għadu ċar kristall f’moħħi u, aktar u aktar, f’qalbi! Ftit ħin qabel ma rqadna, peress li jiena kont naghmel l-iljieli ħdejn Jerome ġewwa is-SAMOC, jiena u npoġġi s-saqqu tal-‘foam’ fuq is-siġġijiet biex noħloq forma ta’ sodda għalija, hu qalli: “Grazzi pa ta’ kemm qed tieħu paċenzja bija”. “
Din il-frażi baqgħet stampata f’moħħu.
Jirrakkonta kif dak il-lejl, Jerome kien jissielet biex jieħu n-nifs. “B’xejn ma nista’ nneħħi din l-esperjenza minn quddiem għajnejja, u filwaqt li kont qiegħed immellislu rasu bdejt nitolbu “biex ma jħallinix”, imma madankollu kont konoxxenti tat-tbatija li kien għaddej minnha Jerome anke biex sempliċiment jieħu n-nifs.
U Jerome jieħu l-aħħar nifs. “Wara li tlabna flimkien, għedtlu: “Mur strieħ ibni, aħna ser nibqgħu nħobbuk għal dejjem….”. Kien qisu qiegħed jistennieni ngħidlu hekk għax fil-pront, Jerome ħa l-aħħar nifs li għadu jidwi ġewwa widnejja u għalaq għajnejh għall-aħħar darba.”
Itemm jgħid li din l-esperjenza bidlitu l-mod kif jara l-ħajja. “Tista’ ma tħossokx li tlift…..? Bl-ebda mod ma’ nixtieq li ninstema’ negattiv, imma madanakollu, irrid nirrikonoxxi illi din l-esperjenza, flimkien mat-tliet snin u għaxar xhur ta’ tant tbatija li rajt lil ibni l-kbir għaddej minnha bidluli l-perspettiva tal-ħajja b’mod permanenti, għalkemm f’kuntest pożittiv.”

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.