Bħal-lum sena, il-koppja Antoine u Solange Magri, tilfu lill-għażiż binhom Juan disa’ ġimgħat wara li twieled.

F’post ta’ qsim il-qalb, iżda li jittrasmetti tant imħabba u ispirazzjoni, missieru Antoine fakkar din il-ġurnata tant diffiċli għalih u għall-familja tagħhom.

“Għażiż Juan, bħal-lum sena ħallejt din id-dinja, u parti minni spiċċat.” kiteb Antoine filwaqt li żied jgħid li għalkemm gawdew lil binhom għal ftit żmien biss, l-imħabba li għandhom lejh mhi se tispiċċa qatt u se jibqgħu jħobbuh u jġorruh f’qalbhom tul ħajjithom kollha.

Qal ukoll li għalkemm kienet l-aktar sena diffiċli li qatt seta’ jkollu, iddeċieda li ma jiqafx. “Iddeċidejt li ma nċedix. Iddeċidejt li nħares ‘il quddiem għax baqali lilkom x’nieħu ħsieb, għax il-prijorità ta’ missier hi l-ewwel u qabel kollox, li jieħu ħsieb familtu.”

“Sakemm nerġgħu niltaqgħu għażiż Juan. Inħobbok,” temm jgħid missier Juan.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks