Il-Korp tal-Pulizija ħabbar li ssospenda tliet kuntistabbli sakemm jintemmu investigazzjonijiet li għaddejin dwarhom.
Dawn qed jiġu investigati dwar allegazzjonijiet li naqsu mill-qadi ta’ dmirijiethom. Fosthom huma qed jiġu akkużati li allegatament użaw vjolenza mhux meħtiega fuq terzi persuni.
Il-Korp tal-Pulizija qal li l-investigazzjonijiet bdew minnufih, filwaqt li nfetħet inkjesta maġisterjali.
Il-Korp tal-Pulizija fakkar li mhu se jittollera ebda imġiba bħal din mill-membri tal-Korp.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.