Waqt il-protesta msejħa mill-Partit Nazzjonalista nhar il-Ħadd, it-2 t’Ottubru, żagħżugħa ta’ 20 sena, akkużat lil Prim Ministru Robert Abela li qed jisraq il-futur tagħha u ta’ żgħażagħ oħrajn.

F’diskors li għamlet waqt il-protesta, Jade England, attivista u membru ta’ TeamStart, qalet li żgħażagħ bħala jinsabu mxebbgħin bis-sitwazzjoni ta’ pajjiżna filwaqt li rrimarkat li saret impossibli biex wieħed jirnexxilu jġemma’ biex ikollu “saqaf fuq rasu” għaliex trid tagħmel “ħajtek imsallab biex taqta’ l-ispejjeż esaġerati.”

“Ara tgħidux imbagħad li komplejtu tinvestu għax l-edukazzjoni għal qalbkom. Mhux vera! Għax l-edukazzjoni la kienet u lanqas qatt mhi se tkun il-prijorità tagħkom.”

Iż-żagħżugħa qalet li biex tlaħħaq mal-ispejjeż tagħha, hija tagħmel xogħol part-time f’supermarket u partikolarment meta jasal l-aħħar tax-xahar, hija qalet li jiltao ma’ ħafna nies li jitolbuhom biex iraħħsulhom xi ħaġa fuq l-affarijiet essenzjali li jkunu se jixtru, għaliex ikunu jridu jgħaddu b’€20 biss, jew inkella jnaqqsu l-affarijiet għax ma jkunux jaffordjaw iħallsu l-kont.

“Prim Ministru, tkomplix tisirqilna s-serħan tal-moħħ. Tkomplix tisirqilna t-tama. Tkomplix tisirqilna l-identità ta’ pajjiżna,” qalet Jade.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks