Ftit tal-ħin ilu, għadhom kemm telgħu l-poloz għall-kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, ġewwa Frankfurt am Main.

It-tim nazzjonali tal-futbol Malti, tela’ fil-Grupp C, flimkien mal-Italja, l-Ingilterra, l-Ukrajna, u l-Maċedonja.

B’kollox hemm 10 gruppi, li ser jilgħabu 23 logħba, minn Marzu sa Novembru 2023, filwaqt li l-play-offs huma skedati għal Marzu 2024.

Il-Ġermanja se tospita l-EURO 2024, wara li ntgħażlet biex torganizza s-17-il edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA.

Fatt interessanti huwa li l-Ġermanja tal-Punent ospitat l-edizzjoni tal-1988, iżda din se tkun l-ewwel darba li l-Ġermanja torganizza l-Kampjonat Ewropew tal-UEFA mir-riunifikazzjoni ‘l hawn. It-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2006 saret ukoll fil-pajjiż.

It-turnament finali tal-UEFA EURO 2024 huwa skedat li jsir mill-14 ta’ Ġunju sal-14 ta’ Lulju 2024.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks