Ilkoll nafu li matul dawn l-aħħar xhur il-membru parlamentari Robert Arrigo għaddej minn żmien diffiċli, u iebes. Madanakollu d-don li jgħin lil ħaddiehor kompla jħaddnu.

Fil-fatt, il-familja kbira ta’ Puttinu Cares għadha kemm tellgħet post fuq il-paġna ta’ Facebook, biex tirringrazzja lill-Onorevoli Arrigo talli dejjem jaħseb f’ħaddieħor, “Gazzi tal-ġeneorżità kbira tiegħek.”

Dan għaliex, għalkemm għaddej minn żmien li xejn mhu faċli, Robert Arrigo xorta waħda qed jorganizza buffet bl-għan li jiġbor il-flus għal Puttinu.

Dan il-buffet se jsir nhar il-Ħadd, il-11 ta’ Diċembru fis-7 ta’ filgħaxija ġewwa d-Dolmen Hotel. Il-buffet huwa għal prezz ta’ €30 (inbid u ilma inkluż). Kull min jixtieq jibbukkja jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 23285000.

It-tim kollu ta’ Skoperta jħeġġeġ lilek li qed taqra dan l- artiklu biex tattendi għal dan il-buffet b’risq din il-kawża tant ġusta. Dan filwaqt li nirringrazzjaw lill-On. Robert Arrigo ta’ kemm jgħin lill-proxxmu. Nawgurawlek fejqan, saħħa, imħabba u paċi On. Arrigo.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks