Illum huwa “National Come Out Day”. Jiġifieri li persuna toħroġ pubblikament mal-għeżież tagħha bħala persuna gay.

Il-kantanta Cherylis Camilleri f’dan il-jum tistqarr kemm hi ffortunata li hija mdawra b’familja u ħbieb li appoġġjawha f’dan il-vjaġġ sabiħ.

Hija tgħaddi messaġġ lit-tfajla tagħha Kimberley Cortis. “Grazzi talli qed taqsam dan il-vjaġġ miegħi – Grata għal dak li rnexxielna nagħmlu flimkien – ħerqana għal iktar jiem u snin maġenbek.”

Ittemm billi tgħaddi kuraġġ lil dawk in-nies li dan il-vjaġġ għadhom ma għamluhx. ‘Dan il-vjaġġ, jista’ jkun faċli, jista’ jkun diffiċli, imma huwa vjaġġ li mnalla tkun għaddejt minnu għax hija emozzjoni sabiħa; dik li tkun tista’ tħobb lilek innifsek, li tkun tista’ tħares lejn il-mera u tħobb lill-persuna li qed tara fiha.”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks