Filmat li ttella’ fuq il- kont ta’ TikTok tal-kantanta Madonna nhar il-Ħadd, qajjem diskussjoni, partikolarment fost l-ammiraturi tagħha dwar jekk ħarġitx bħala gay jew le.

Fil-filmat, il-kantanta tidher b’qalziet ta’ taħt roża f’idejha, u tipprepara biex twaddbu f’landa taż-żibel. Qabel twaddbu però, jidher il-kliem li jgħid li jekk ma jirnexxilhiex tpoġġih fil-landa, hija gay.

Fil-fatt, Madonna fil-filmat tidher li ma rnexxilhiex!

Dan qanqal bosta mistoqsijiet, u ġibed ukoll l-attenzjoni ta’ ħafna. Fil-fatt, il-filmat rawh miljuni ta’ nies.

L-attivista magħrufa tal-komunità LGBTQ u omm ta’ 6 itfal, kienet f’relazzjonijiet pubbliċi fit-tul ma’ rġiel biss, inklużi d-direttur Guy Ritchie u l-attur Sean Penn, iżda qanqlet xnigħat wara li reċentement bieset ir-rapper bisesswali Tokischa. Huma kienu dehru jitbewsu wkoll f’kunċert ta’ New York City Pride Dan is-sajf.

Waqt intervista ma’ The Advocate fl-1991, Madonna qalet li temmen li “kulħadd għandu natura bisesswali.”

Il-kantanta ta’ 64 sena, ilha għexieren ta’ snin attivista tal-komunità LGBTQ. Hija kienet attiva fost oħrajn, fil-ġlieda kontra l-AIDS u favur iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

@madonna

♬ original sound – nudy georges

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks