Ftit tal-ħin ilu Buckingham Palace ħabbar id-data tal-inkurunazzjoni tal-Maestà Tiegħu r-Re Charles III. Fil-fatt din iċ-ċerimonja se ssir nhar is-Sibt is-6 ta’ Mejju, 2023.

Iċ-ċerimonja tal-inkurunazzjoni se ssir f’Westminster Abbey, ġewwa Londra, u se titmexxa mill-Arċisqof ta’ Canterbury.

Il-Maestà Tiegħu r-Re Charles III se jiġi inkurunat flimkien mar-Reġina Konsorti, Camilla. L-inkurunazzjoni se tirrifletti r-rwol tal-monarka llum u tħares lejn il-ġejjieni, filwaqt li għandha l-għeruq fit-tradizzjonijiet u ċ-ċerimonji li ilhom jeżistu.

Fatt interessanti hu, li l-ewwel darba li ċ-ċerimonja tal-inkurunazzjoni ġiet imxandra fuq it-televiżjoni kien fit-2 ta’ Ġunju tal-1953, meta l-Maestà Tagħha Eliżabetta II, ġiet ipproklamata reġina. Din ix-xandira ġiet organizzata mill-Prinċep Filippu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks