Justin Tabone huwa ż-żagħżugħ ta’ 22 sena li tilef ħajtu wara li tah attakk tal-qalb. Huwa kien qed jilgħab logħba futbol.
Justin kien fil-grawnd tal-futbol tal-Kulleġġ San Alwiġi, meta waqa’ mal-art u sħabu sejħu għall-għajnuna medika.
Bosta esprimew in-niket tagħhom għal din it-telfa fosthom oħtu Amanda. Hija kitbet:
“Lil ħija li kien iċ-ċavetta ta’ kollox
Dak li qatt ma gerger
Dejjem hemm biex jgħin lil kulħadd
B’qalb tad-deheb
Iz-ziju ta’ ibni li dejjem kien maġenbu
Inti kont ir-raġel tal-familja li dejjem tidħol biex tieħu ħsieb l-affarijiet
Aħna tlifna anġlu…. u se nħoss in-nuqqas tiegħek
Dejjem tħobbni minkejja kollox… dejjem maġenbi
Qatt ma ħallejtni warajk…
Nixtiqek lura
Nimmissjak
Inħobbok
Ma kellix ċans ngħidlek kemm jiena grata li għandi lilek f’ħajti… ħija inti dejjem ħa tibqa’ f’qalbi, mhu ħa ninsiek qatt… lanqas it-tbissima tiegħek.

