F’Sibtek li jmiss, il-mistiedna, ħbieb ta’ Ryan u Josmar, se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi ġodda u differenti mill-ġimgħa l-oħra.
Il-mistiedna ta’ nhar is-Sibt li ġej huma kollha influencers u TikTokers; Alana Bondin, Gaia Cauchi, Johan Mifsud u Luke Magro.
Se jkun hemm ukoll logħba ġdida bl-isem ta’ KARABANANA!
Iċ-ċajt u l-prank calls mhumiex se jonqsu f’dan il-programm u xi ħadd minnhom se jmur lura fiż-żmien u jerġa jgħix esperjenza mill-passat, live fl-istudjow ta’ Sibtek!
Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.
U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej!
