B’kitba mqanqla fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, Charles Peresso jsellem lil ibnu li ħalla din id-dinja.

Huwa sellem lil ibnu billi kiteb:

“Strieħ fi sliem għażiż ibni Nicholai Peresso. Sal-bieraħ għamilt tattoo bil-kelma ‘missier’ biex illum toħodha miegħek il-ġenna. Iż-żmien tiegħek f’din id-dinja kien qasir, imma ħallejt impatt fuq kull min kien jafek. Is-saħħa, il-kuraġġ, u l-ġentilezza tiegħek qatt mhu se jiġu minsija. Grazzi talli għamiltni l-missier li jien jien illum. Dejjem se nibqa’ niftakrek b’dik it-tbissima, u żgur qed iżommha inti u tħares lejna minn hemm fuq. Niltaqgħu wara din il-ħajja. Inħobbok, missierek.”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks