B’reazzjoni għall-aħbar li l-aħwa Alfred u George Degiorgio ammettew li qatlu lil Daphne Caruana Galizia, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li dawn l-aħħar 5 snin kienu agunija għall-familja ta’ Daphne u għall-pajjiż.
Minkejja din l-aħbar, Metsola rrimarkat li Daphne ma tistax tikteb fil-blog tagħha, tgawdi lil uliedha u n-neputijiet tagħha jew tkun mal-maħbubin tagħha.
Hija saħqet u enfasizzat li llum ma saritx ġustizzja, iżda pass żgħir.
Fl-aħħar tal-post tagħha, hija rreferiet għal dawk li ordnaw u ħallsu għall-qtil, dawk li pproteġuhom u dawk li qattgħu s-snin jagħmlu minn kollox biex jgħattulhom.
Ikkumenta
