L-attur Robbie Coltrane, li interpreta l-karattru ta’ Hagrid fil-films ta’ Harry Potter, miet fl-età ta’ 72 sena.

Huwa miet fi sptar qrib Falkirk fl-Iskozja.

L-aħbar ġiet ikkonfermata mill-aġent tiegħu Belinda Wright.

Robbie Coltrane deher ukoll fid-drama Cracker u l-films ta’ James Bond, Goldeneye u The World Is Not Enough.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks