Aġġornata:
George Degiorgio u Alfred Degiorgio ġew ikkundannati 40 sena ħabs kull wieħed għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huma obbligati ukoll li jħallsu €42,930.73 Dawn l-ispejjez għandhom jitħallsu fi żmien tliet snin.
Qabel:
L-aħwa Alfred u George Degiorgio ammettew l-akkużi kollha li nġiebu kontrihom fosthom li qatlu lil Daphne Caruana Galiza.
Huma jistgħu jeħlu 40 sena ħabs.
Dwar dan il-każ Vince Muscat il-Koħħu qiegħed jiskonta piena ta’ 15-il sena ħabs wara li kien ammetta l-kompliċità tiegħu f’dan l-omiċidju qabel għadda ġuri.
Jumejn oħra Daphne Caruana Galizia tagħlaq 5 snin minn meta nqatlet b’karozza bomba.
Ikkumenta
