L-istilla ta’ Chicago Med, Brian Tee se jitlaq mis-serje wara 8 staġuni!

L-aħħar episodju tad-drama medika li se jkun qed jidher fih huwa d-9 episodju bit-titlu ‘Could Be The Start Of Something New‘ li se jixxandar fis-7 ta’Diċembru.

Madanakollu huwa se jkun qed jirritorna għas-16-il episodju biex jagħmel id-debutt tiegħu bħala direttur.

Kienet id-deċiżjoni ta’ Tee li jitlaq mis-serje wara t-tmiem tal-kuntratt ta’ 6 snin tiegħu, biex iqatta’ aktar ħin mal-familja tiegħu, u biex isegwi opportunitajiet oħrajn li jespandu l-esperjenza tiegħu bħala attur, direttur u produttur.

Brian Tee ilu fis-serje Chicago Med mid-debutt tagħha fl-2015, iżda kien temporanjament assenti matul parti kbira mis-7 staġun, minħabba li kien qed jiffilmja s-serje ġdida, Expats flimkien ma’ Nicole Kidman. Il-karattru ta’ Ethan eventwalment irritorna l-isptar wara li rkupra ferita ta’ sparatura u operazzjoni, u sab lill-eks maħbuba tiegħu April, fl-ewwel episodju tat-8 staġun.

F’kummenti li ta lis-sit Deadline, huwa qal li l-opportunità li jinterpreta l-karattru ta’ Dr Ethan Choi kienet rigal u barka. Esprima wkoll il-gratitudni tiegħu lejn is-segwaċi u l-kollegi tiegħu.

Mingħajr ma ta dettalji dwar l-aħħar episodju li se jkun qed jidher fih, huwa ddeskriva t-tluq ta’ Dr Choi bħala “sabiħ” u li se jkun episodju mill-aqwa.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks