Wieħed jista’ jagħti d-demm minn meta jagħlaq is-17-il sena sal-jum li fih jagħlaq is-70 sena.

Min għandu 17-il sena u taħt it-18-il sena, irid jimla formola ta’ kunsens li tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku; www.blood.gov.mt. Din trid tiġi wkoll iffirmata minn wieħed mill-ġenituri.

Min għandu bejn is-66 u s-70 sena jista’ jagħti biss jekk ikun diġà beda jagħti qabel il-jum li fih għalaq is-66 sena. Barra minn hekk, f’dawn is-snin, id-donatur jista’ jagħti kull 3 xhur, iżda jekk bejn donazzjoni u oħra jaqbeż sena, ma jibqax iktar eliġibbli biex jagħti d-demm.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, xerred dan l-artiklu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks