Il-każ seħħ ilbieraħ 17 t’Ottubru, fiċ-ċimiterju ta’ Poggioreale, ġewwa l-belt ta’ Napli, l-Italja, fejn ċediet faċċata bil-lapidi tal-irħam tal-Kongregazzjoni tal-Qawmien.

Dan it-tiġrif ikkawża ħsara kbira, tant li wħud mit-twiebet spiċċaw imdendla fl-arja. Kienu n-nies stess, li jgħixu qrib l-akbar u l-eqdem ċimiterju fil-belt li rrapportaw dan l-inċident, bil-pumpiera intervjenew fuq il-post.

Dan l-episodju ma kientx tal-ewwel, dan għaliex, f’Jannar li għadda, kien diġà seħħ inċident simili ġewwa l-istess ċimiterju. F’dak il-każ, mijiet ta’ lapidi ġarrbu diversi ħsarat, fosthom il-lapidi tal-Kongregazzjonijiet Dottori Bianchi u ta’ San Ġwakkin. Dan it-tiġrif seħħ ‘il bogħod mill-post fejn seħħ tal-bieraħ.

F’Jannar li għadda, l-uffiċċju tal-prosekutur ta’ Napli fetaħ investigazzjoni li wasslet għal sekwestru taż-żona li għadha kif ġiet rilaxxata.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks