Ftit tal-ħin ilu, tħabbret il-mewt ta’ Twanny Agius, missier id-Deputat Kelliem tal-Parlament David Agius.

Twanny Agius huwa magħruf partikolarment għall-involviment tiegħu fil-kamp sportiv u għall-ħidma tiegħu fl-Imsida.

Minbarra li fil-passat kien plejer u referee, Agius kien President tal-MAFA bejn l-1999 u l-2022. Fil-fatt huwa waqaf mill-kariga riċentament minħabba saħħtu.

Kondoljanzi lill-familja Agius, il-ħbieb u dawk kollha qrib.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks