Ftit sigħat wara l-aħbar tal-mewt tal-membru Parlamentari Nazzjonalista Robert Arrigo, ħabbar li se jkun qed jinnominah għal Ġieħ ir-Repubblika.

Il-Prim Ministru ddeskriva lil Robert Arrigo bħala bniedem li ta kontribut kbir lis-soċjetà f’diversi oqsma, fosthom dawk sportivi, soċjali u politiċi.

Aktar kmieni, il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja ta’ Robert Arrigo u ddeskrivieh bħala ġentlom.

Filwaqt li wassal il-kondoljanzi lill-familja tiegħu, qal li m’hemmx dubju li fil-Parlament se jħossu t-telfa tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks