Ulied il-Lejl hija waħda mis-sensiliet li qed iżżomm tant telespettaturi ħerqana għall-episodju li jmiss fejn l-istorja ta’ Ġorġa u Lippu tkompli tiżvolġi.

Għalkemm qed ikun hemm rispons qawwi wara kull episodju, l-episodju tal-bieraħ kien wieħed li qanqal bosta emozzjonijiet fost is-segwaċi.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, l-attur Ivan Debattista, li jinterpreta l-karattru ta’ Leli, esprima l-gratitudni lejn kull min qed juri l-apprezzament u s-sapport għax-xogħol li jsir biex tkun tista’ titwassal din il-produzzjoni fid-djar tagħna.

Ma nistax inħalli din il-ġurnata tgħaddi mingħajr ma nħarbex dan ir-ringrazzjament u nuri l-apprezzament wara l-episodju tal-bieraħ ta’ Ulied il-Lejl. Irċevejna ħafna messaġġi personali, anke miktubin fuq il-paġni tas-serje, u tal-istazzjon; messaġġi sbieħ ħafna li jagħtu kuraġġ lil kull min jagħmel parti minn din il-produzzjoni.Nixtieq minn hawn nirringrazzja lil kulħadd; iva, dan is-serje daħal ħafna fil-fond fil-qlub tagħkom it-telespettaturi u dan jixhdu il-feedback qawwi li qed ikollna. Grazzi minn qalbna tal-apprezzament u s-sapport li wrejtu u li qed turu. Napprezzaw immens.

Is-sensiela Ulied il-Lejl terġa’ tirritorna b’episodju ieħor nhar it-Tnejn is-7 ta’ Novembru, fit-20:30 fuq NET TV.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks