Ftit tal-jiem ilu, Yolanda de Lucchi, professur tal-liġi fl-Università ta’ Malaga fi Spanja, tellgħet żewġ ritratti fuq Twitter ta’ 11-il pinna Bic blu, b’noti ċkejkna inċiżi fuqhom. Dawn il-biros ġew ikkonfiskati minn student “ftit snin ilu” waqt eżami tal-liġi.

De Lucchi spjegat kif il-biros reġgħu ġew f’idejha minħabba li dan l-aħħar kienet qed tirranġa l-uffiċċju tagħha.

Kompliet tispjega li l-istudent kien jilbes flokk bil-but u kien jaħbihom hemm. Kull pinna kienet immarkata bin-numru tal-lezzjoni u allura kien joħroġ il-ġonna speċifika għal kull suġġett.

Hija qalet li għalkemm l-istudent kien imġiegħel jirrepeti s-sena kollha tal-kors, probabbilment illum huwa avukat.

Fuq il-post tagħha hija sostniet li l-istudent għamel opra tal-arti anke jekk ħafna kkumentaw li m’għandek qatt tpinġi manuvri bħal dawn bħala xi ħaġa pożittiva.

Madankollu, il-post tagħha mar virali, għaliex fiż-żmien li kitbitu, ġie retweeted aktar minn 25,000 darba u kien hemm aktar minn 286,000 likes!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks