Fl-aħħar avventura tiegħu Angelo Caruana se jeħodna dawra bir-rota n-naħa ta’ fuq ta’ Malta b’xeni mill-isbaħ tal-kampanja Maltija f’ġurnata bellezza f’Ottubru.
Waqt dan il-vjaġġ ta’ 50 kilometru, li jibda miż-Żurrieq sas-Siġġiewi fejn jiltaqa’ ma’ sħabu mis-South Cranx u wara jerħulha għal waqfa biex igawdu x-xenarju tal-irdumijiet ta’ Ħad Dingli u l-Fawwara u wara saż-żona tal-Kunċizzjoni u lura mid-Dwejra, Mosta, Siġġiewi saż-Żurrieq.

Angelo jgħidilna li għalkemm Malta hija nieqsa mill-karreġjati segregati għar-roti, xorta b’attenzjoni kbira, wieħed jista’ jgawdi l-kampanja bir-rota u l-aħjar hu li toħroġ ma’ grupp ħalli tkun iktar sikur.
Huwa importanti wkoll li wieħed jilbes l-elmu waqt is-sewqan tar-rota għalkemm m’hemmx liġi li tinforza dan, però jekk jiġri inċident jista’ jsalvalek ħajtek.
Avventura oħra mimlija xenarji sbieħ madwar Malta kif jaf iwasslilna Angelo kull ġimgħa.
