Illum Bjorn Formosa għalaq 36 sena. Iżda għadu kemm qam b’aħbar li ma xtaqx jisma’.
L-operazzjoni li kellu jagħmel, se ssir 5 ijiem oħra.
Illum 36 sena! Qomt b’aħbar li ma xtaqtx nisma’… l-operazzjoni li kelli nagħmel se issir 5 t’ijiem oħra. Taħlita t’emozzjonijiet bħalissa.
Fix-xhur li għaddew Bjorn kellu bladder failure u b’konsegwenza kellhom jagħmlulu intervent li bih jitnaqqas il-ħsara fuq il-kilwa.
Bjorn ma jixtieq xejn din is-sena, imma jekk tista’ agħti donazzjoni f’din il-link – https://efr.alsmalta.org/bjorn-s-36th-birthday
Aħna nawguraw lil Bjorn f’għeluq sninu, u fuq kollox biex l-operazzjoni li se jagħmel tkun ta’ suċċess.
Ikkumenta
