Il-Bulgarija saret l-aħħar pajjiż li ddikjarat li mhux se tkun qed tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla.

Dan wara li l-Maċedonja ta’ Fuq u l-Montenegro diġà kkonfermaw li mhux se jieħdu sehem fil-konkors minħabba ż-żieda fil-ħlas tad-dħul.

Skont rapport mill-BBC News, il-pajjiżi ntalbu jħallsu aktar biex jagħmlu tajjeb għall-flus mitlufa wara l-projbizzjoni tar-Russja.

L-EBU, li torganizza l-konkors, ikkonfermat il-lista ta’ 37 parteċipant għall-Eurovision Song Contest tal-2023.

Il-BBC mistenni jonfoq bejn £8m u £17m biex itella’ l-avveniment f’Mejju li ġej, f’isem l-Ukrajna, li rebħet il-konkors ta’ din is-sena.

Il-Eurovision Song Contest 2023 se jkun qed isir f’Liverpool.

Ir-Russja kienet kontributur finanzjarju sinifikanti għall-produzzjoni, iżda ma tħallietx tikkompeti wara l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna.

L-organizzaturi qalu lil BBC News: “L-EBU hija impenjata li żżomm l-ispejjeż biex tieħu sehem fil-Eurovision Song Contest kemm jista’ jkun affordabbli.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks