F’filmat li juri biċċa mill-intervista tal-istilla ta’ Friends, Matthew Perry, ma’ Diane Sawyer fuq ABC News, jiżvela li Jennifer Aniston kienet il-persuna li kkonfrontatu dwar il-problema tax-xorb tiegħu.

L-attur, ta’ 53 sena, ammetta li kien jieħu pirmli u kwart ta’ flixkun vodka kuljum.
Husa stqarr li Jennifer Aniston kienet l-aktar waħda li kienet viċin tiegħu meta tilef il-kontroll tal-problema tax-xorb.
Iddeskriva l-mument li Aniston ikkonfrontatu dwar il-problema bħala “tal-biża'”, iżda qal ukoll li jinsab tassew grata lejha.
Fl-intervista ma’ Sawyer, li se tixxandar fit-28 ta’ Ottubru fuq ABC, Perry qal ukoll li kien f’koma u rnexxielu jiżgiċċa mill-mewt għal ftit.
“Secrets kill you. Secrets kill people like me.” @MatthewPerry – success, fame & his struggle with addiction.
The exclusive @DianeSawyer interview premieres Friday, Oct. 28th at 8/7c on @ABC – and stream later on @Hulu. https://t.co/ycVYDUX12p pic.twitter.com/V1SLqI3GIm
— ABC News (@ABC) October 21, 2022
Din l-intervista se tkun ftit jiem qabel it-tnedija tal-ktieb tiegħu bl-isem ta’ Friends, Lovers and the Big Terrible Thing, fl-1 ta’ Novembru.
Permezz ta’ dan il-ktieb, Matthew Perry se jkun qed jaqsam l-istorja ta’ ħajtu, partikolarment il-battalji tiegħu mal-problemi tax-xorb, bit-tama li jgħin lil ħaddieħor.
F’kummenti li ta lil People, Perry rrakkonta kif darba minnhom, it-tabib kien qal lill-familja tiegħu li kellu biss 2 fil-mija ċans li jgħix, u kien tpoġġa fuq magna apposta li prattikament żammitu ħaj dak iż-żmien.
Huwa stqarr li meta beda jieħu sehem fis-serje popolari Friends, il-problema tax-xorb kienet għadha fil-bidu, iżda matul is-snin iggravat sew.
Matthew Perry qal ukoll li matul is-snin, ipprova jirriabilita ruħu 15-il darba.
Illum, jinsab tajjeb u f’saħħtu, u kien għalhekk li ddeċieda li jippubblika dan il-ktieb.
