Jekk qatt ma mort, jew għadek indeċiż x’se tagħmel lejn tmiem il-ġimgħa, aħna nissuġġerulek taqsam il-fliegu, u żżur it-tielet edizzjoni tal-Mixegħla tal-Qaddisin, ġewwa Għawdex.

Kull lokalità ġewwa Għawdex, qed iħejju diversi installazjonijiet bix-xemgħat, bil-għan li joħoqlu atmosfera sabiħa biex tiġi mfakra l-festa tal-qaddisin kollha. Dawn l-installazjonijiet se jkunu magħmulin minn eluf ta’ xemgħat, impoġġija fuq kull zuntier jew pjazza f’Għawdex, li se jieħdu forma relatata mal-Qaddisin Patruni tal-post.

Dan l-avveniment se jsir nhar il-Ħadd, it-30 t’Ottubru, f’kull lokalità Għawdxija, mis-6:00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Inħeġġukom biex tattendu għal dan l-avveniment, ħalli tesperjenzaw li dan il-ġmiel uniku li jafu jagħmlu l-Għawdxin.

Tinsewx, nhar il-Ħadd li ġej, ġewwa l-gzira tat-tliet għoljiet!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks