Fil-ġimgħat li għaddew diversi personalitajiet dehru fuq il-paġna ta’ Xarabank jgħidu, “Mad-Daqqa Niżfnu, nhar is-Sibt 5 ta’ Novembru”.
Fost dawn il-personalitajiet kien hemm Danita Camilleri, Ben Camille, Destiny, Ludwig Galea, Lawrence Grey, Fabrizio Faniello, fost ħafna personalitajiet oħra.
Però spikkaw ukoll 3 filmati, ta’ Mark Laurence u Amber, ta’ Danusan, u ta’ Ġorġ tad-Donuts u Tiziana, li kollha kemm huma spiċċaw bil-frażi, Mad-Daqqa Niżfnu.
Dawn il-filmati qanqlu ħafna kurżità. Kien min saħansitra li ħaseb li se jittella’ programm ġdid bl-isem ta’ Mad-Daqqa Niżfnu.
Illum Xarabank żvela x’se jiġri dakinhar. B’filmat, lejn l-aħħar tiegħu Peppi Azzopardi jiżvela l-ħsieb wara l-islogan Mad-Daqqa Niżfnu. Il-Parkinson’s hija daqqa, u niżfnu għaliex waħda mit-terapiji li jieħdu n-nies li jgħixu bil-Parkinson’shuwa ż-żfin. Għalhekk fil-5 ta’ Novembru se tittella’ maratona, fuq l-istazzjonijiet kollha, bejn nofsinhar u nofsillejl, b’risq Step Up for Parkinson’s, bil-għan li bil-flus li jinġabru, jinfetaħ ċentru li jkun one stop shop, biex fih nies li jgħixu bil-parkinson’s jingħataw servizzi meħtieġa għal min jgħix b’din il-kundizzjoni.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.