L-aħħar vittma ta’ inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fiż-Żejtun huwa Anthony Bongailas.
Anthony Bongailas, ta’ 69 sena, tilef ħajtu traġikament wara li ttajjar minn vann misjuq minn raġel ta’ 62 sena fi Triq Xrobb l-Għaġin, iż-Żejtun.
Skonh rapport minn TVMNews, il-pulizija qalet li Anthony miet ftit sigħat wara li ddaħħal l-isptar Mater Dei, kawża tad-daqqa gravi li ġarrab.
Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali dwar l-inċident.
Fost kitbiet ta’ niket dwar l-aħbar fuq il-midja soċjali, is-Soċketa Mużikali Beland sellmet il-memorja ta’ Anthony Bongailas, li kien membru tagħha.
F’isem it-tim ta’ Skoperta, nagħtu l-kondoljanzi lill-familja, il-ħbieb u dawk kollha qrib ta’ Anthony Bongailas.
Ikkumenta
