Rishi Sunak wiegħed li jirranġa l-“iżbalji” li saru taħt it-tmexxija ta’ Liz Truss u wissa dwar “deċiżjonijiet diffiċli” li ġejjin, fl-ewwel diskors tiegħu bħala Prim Ministru.
Huwa qal li se jerġa’ jġib il-fiduċja, jerġa’ jibni l-fiduċja u jmexxi lir-Renju Unit fi “kriżi ekonomika profonda”.
Sunak wiegħed li jwassal il-manifest li rebbaħ rebħa elettorali kbira lill-Konservattivi fl-2019.
Id-diskors tiegħu barra Nru 10 sar wara li nħatar Prim Ministru mir-Re Charles.
L-ewwel Prim Ministru Asjatiku Brittaniku tar-Renju Unit, Sunak ħabbar il-kabinett tiegħu lbieraħ wara nofsinhar.
Maġġoranza kbira tal-Membri Parlamentari appoġġjaw lil Sunak għat-tmexxija.
Wara d-diskors ta’ Sunak, il-partiti tal-oppożizzjoni tennew it-talba tagħhom għal elezzjoni ġenerali immedjata u argumentaw li Sunak ma kellu l-ebda mandat mill-pubbliku.
L-inkurunazzjoni effettiva ta’ Sunak bħala mexxej ta’ Tory nhar it-Tnejn fissret it-tmiem tat-tmexxija ta’ Truss, 49 jum biss wara li ħadet il-kariga.
Min hu Rishi Sunak?
- Rebaħ wara li kkontesta għat-tieni darba din is-sena.
- Huwa iben immigranti. Il-ġenituri tiegħu marru jgħixu r-Renju Uniti mill-Afrika tal-Lvant u t-tnejn li huma huma ta’ oriġini Indjana.
- Ilu deputat 7 snin biss.
- Huwa maħsub li huwa wieħed mill-aktar deputati sinjuri.
- Iffaċċja kontroversja dwar l-arranġamenti tat-taxxa ta’ martu.
- Kien favur il-Brexiy u d-deregolamentazzjoni.
