Il-Papa Franġisku wissa lis-saċerdoti u s-sorijiet dwar il-perikli li wieħed jara l-pornografija online, u qal li din “iddgħajjef il-qalb saċerdotali”.

Il-Papa kien qed iwieġeb għal mistoqsija dwar kif għandhom jintużaw l-aħjar il-midja diġitali u soċjali, f’sessjoni fil-Vatikan.

Huwa qal li anke qassisin u sorijiet jaraw il-pornografija.

“Ix-xitan jidħol minn hemm,” qal il-Papa lis-saċerdoti u lis-seminaristi.

Filwaqt li qal li għandhom jagħmlu użu mill-midja soċjali u d-dinja diġitali, qalilhom biex ma jaħlux wisq ħin fuqha.

“Il-qalb safja, dik li Ġesù jirċievi kuljum, ma tistax tirċievi din l-informazzjoni pornografika,” qal il-Papa Franġisku.

Huwa ta parir lill-grupp biex iħassruha mill-mobajl, sabiex ma jkollhomx tentazzjoni f’idejhom.

It-tagħlim tal-Knisja jara l-pornografija bħala offiża kontra l-kastità.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks