Mistiedna waqt Sibtek li jmiss se jkun hemm żewġ personalitajiet Maltin li jafu u jammiraw ħafna lil xulxin però ilhom ma jiltaqgħu madwar għoxrin sena!
Dawn huma ħadd ħlief Ray Calleja u Marbeck Spiteri.

Se jingħaqdu magħhom ukoll Martin Sapiano u Kevin Naudi.

Dawn kollha se jgħaddu minn bosta sfidi u hemm sorpriżi differenti ppreparati għalihom.
Waqt Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej, hemm ukoll logħba ġdida bl-isem ta’ Urini X’Taf!!!
Xi ħadd mill-mistednin se jkollu sorpriża mingħand il-ġara tiegħu waqt!! Din hija l-ewwel darba li se jkun hemm sorpriża mingħand ġar ta’ personalità. Imma x’inhi s-sorpriża?!
Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.
U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej!
