Viżibilment emozzjonata, Eileen Montesin tgħid lis-segwaċi tagħha li llejla hija se tirritorna fuq il-palk wara 25 sena, grazzi għal Indri Attard.

Ftit tal-ħin ilu Montesin, tellgħet filmat fuq l-istory ta’ Instagram tagħha, fejn stqarret li tinsab eċitata għal-lejla.

Fil-fatt, hija se tkun qed tirritorna fuq il-palk tal-Istitut Kattoliku, tinterpreta karattru prinċipali, fil-kummiedja Ta’ Harry u Lucy. Kummiedja, maqsuma fi tliet atti, b’direzzjoni ta’ Indri Attard, b’daħk garantit u b’atturi eċċezzjonali.

Bid-dmugħ f’għajnejha, Eileen stqarret mas-segwaċi tagħha li tinsab eċitata u talbithom jgħidu talba ċkejkna għaliha ħalli tmur tajjeb.

Irringrazzjat ukoll lil Indri Attard, li bis-saħħa tiegħu, wara 25 sena, se tirritorna fuq il-palk. Hija stqarret li għaliha tfisser ħafna li se taħdem ma’ ħaddieħor u mhux fuq produzzjoni tagħha stess.

Ir-risq lit-tim kollu wara din il-produzzjoni, jew kif ngħidu bl-Ingliz, break a leg!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks