Żgur li ħafna minnkom is-segwaċi, xi darba jew oħra, jekk mhux regolarment, segwejtu episodju ta’ Simpatiċi!

Simpatiċi, is-sitkom unika, li jgħaddi kemm jgħaddi żmien tibqa’ tant segwita u maħbuba.

Il-familja ta’ Simpatiċi tant serqet il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin, li għalkemm ħafna mit-telespettaturi jafu bl-amment il-ġrajjiet li wasslitilna din il-familja, xorta waħda jibqgħu jsegwu l-episodji bl-istess entużjażmu u eċitament, anki wara tant snin.

U meta wieħed isemmi l-familja Cassar, ma tistax ma ssemmix b’mod partikolari lin-nanna Katrin, in-nanna tal-Maltin u l-Għawdxin, li bil-karattru tagħha tant wasslet imħabba u nisslet tbissima.

Ryan Calleja, mar il-Belt Valletta jistaqsi lin-nies dwar Simpatiċi, iżda mhux biss!

Minbarra li se jnisslilkom tbissima u jqanqal ukoll nostalġija, Ryan żvela aħbar sabiħa!!

Simpatiċi se jirritorna! Iżda din id-darba fuq il-palk!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks