Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, l-edukatur magħruf Lelio Spiteri esprima d-diżappunt tiegħu dwar il-programm televiżiv The Voice Kids Malta, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fuq TVM.
Fettilli nsegwi ftit il-programm televiżiv The Voice Kids Malta. Bqajt iddiżgustat bl-użu ħażin ta’ lsienna. Possibbli m’aħniex kapaċi nlissnu sentenza waħda li hi waħda b’Malti sabiħ u korrett? Irridu bilfors indaħħlu l-Ingliż? Kelma ‘l hawn, frażi ‘l hemm, l-aqwa li nħalltu u nċafalsu.
Huwa żied jgħid li mill-istazzjon Nazzjonali jistenna ħafna aħjar.
Filwaqt li bosta jistgħu jargumentaw li ma fiha xejn ħażin li wieħed jitkellem kif iħossu komdu jew biż-żewġ lingwi f’daqqa, huma ħafna li fil-fatt jaqblu mal-edukatur Lelio Spiteri.
Int x’taħseb dwar dan? X’inhi l-opinjoni tiegħek?
