Skont rapport mill-midja internazzjonali, aktar minn 150 persuna mietu fi traġedja li seħħet waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween fil-kapitali tal-Korea t’Isfel, Seoul.

Mill-inqas 82 oħra weġġgħu fl-inċident fiż-żona ta’ Itaewon, li kienet qed torganizza l-ewwel ċelebrazzjonijiet tal-Halloween mingħajr restrizzjonijiet minn mindu bdiet il-pandemija tal-Covid.

Għalkemm rapporti qalu li t-toroq dojoq kienu ffullati bin-nies u ħafna nies spiċċaw mgħaffġa fuq xulxin, għadu mhux magħruf x’seta’ wassal għal din it-traġedja.

Il-biċċa l-kbira tal-mejta kienu adolexxenti jew fl-20 sena tagħhom. 19 minnhom kienu barranin.

Bħalissa għaddjja investigazzjoni biex jiġi stabbilit x’kienet il-kawża ta’ din it-traġedja.

Bl-għadd ta’ mwiet li hu magħruf s’issa, dan huwa l-aktar diżastru fatali fil-Korea t’Isfel mill-2014, meta kien għereq il-vapur Sewol u mietu aktar minn 300 persuna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks