Utenti ta’ Instagram madwar id-dinja rrappurtaw li kellhom diffikultajiet ta’ aċċess għall-profili tagħhom.
Il-kumpanija Meta qalet li qed jaħdmu biex isolvu l-problema li wasslet biex eluf ta’ profili ġew sospiżi mill-pjattaforma.
Is-sit DownDetector, li jimmonitorja rapporti bħal dawn, qal li eluf ta’ utenti ġew affettwati.
Xi wħud kellhom messaġġ li jgħid li l-kont tagħhom ingħalaq għal 30 jum.
Il-kumpanija għadha ma tatx aktar dettalji dwar x’kien li kkawża din il-problema mhux tas-soltu.
Xi utenti li għadhom jistgħu jidħlu fuq il-pjattaforma rrappurtaw li raw tnaqqis kbir fin-numru tas-segwaċi tagħhom hekk kif il-kontijiet sospiżi sparixxew minn Instagram.
Il-ġimgħa li għaddiet, kien hemm ukoll qtugħ fis-servizz tal-pjattaforma tal-messaġġi, WhatsApp.
